Budget 2026 Lokali

“Il-pakkett tal-ġudikatura għandu jiżdied biex verament issir ġustizzja”

Il-ftehim Kollettiv tal-ħaddiema tal-Qorti ilu snin skadut bil-Ministru tal-Finanazi, Clyde Caruana jistqarr li ma jafx jekk dan il-ftehim hux se jkun maqbul fil-jiem li ġejjin.

Waqt il-Programm Vi jew Va, Adrian Delia wera tħassib tiegħu, dwar jekk dan il-budget hux isolvi l-problemi jew inkella jgħatti l-panui bil-qargħa aħmar. Fejn fost oħrajn semma l-problema tal-proprjetà li saret tiswa wisq.

Kien għalhekk li x-Shadow Minister offra l-id tal-ħbieberija biex tinstab it-triq ‘il quddiem.

Bil-Ministru, jispiċċa jgħid li dawn il-problemi, għandhom ikunu indirizzati fil-futur.

Intant, il-Ministru Caruana tenna għal darb’oħra li issa hu ilu snin jitlob biex il-mudell ekonomiku jibda jinbiddel, xi ħaġa li anka l-Partit Nazzjonalista ilu snin jgħid.

Ix-Shadow Minister tal-Finanzi Adrian Dellia mill-ġdid reġa’ staqsa għalfejn qed isir daqshekk dejn, u sostna li dan id-dejn għandu jmur għal iktar investiment kapitali u mhux għal nefqa rikorenti. Bil-Ministru jwieġeb li din mhux kwistjoni li tippreokupa lil-poplu Malti u Għawdxi.