Lokali

Il-President ta’ Malta ltaqgħet mal-pazjenti Maltin f’Londra

DOI

Il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono iltaqgħet mal-Maltin li qed jirċievu t-trattament għall-kanċer u mard ieħor fir-Royal Marsden Hospital, il-Great Ormond Street Hospital u s-St Bartholemeo Hospital. Dan hekk kif kompliet biż-żjara tagħha fil-kapitali Ingliża.

Il-President iltaqgħet ukoll ma’ dawk li jinsabu fl-appartamenti ta’ Puttinu Cares u tas-sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesu – istituzzjonijiet li jingħataw l-appoġġ tal-Malta Community Chest Fund.

Intant…matul il-ġurnata tal-Ħadd, il-President u delegazzjoni ta’ uffiċjali tal-Presidenza vjaġġaw lejn Strasburgu, għal sensiela ta’ attivitajiet organizzati mir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta għall-Kunsill tal-Ewropa, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-75 anniversarju tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.