Lokali

Inġabret is-somma ta’ €376,501 matul il-maratona ‘Jimpurtani’ b’risq Caritas Malta

€376,501. Kienet din is-somma sabiħa li nġabret matul il-maratona ta’ mħabba, Jimpurtani, b’risq Caritas Malta.

Il-Maratona Jimpurtani, li bdiet is-Sibt fil-11:00 am u damet għaddejja sal-11:00 pm, ixxandret fuq l-istazzjonijiet kollha.

Din il-mararatona ttellgħat propju sabiex tkompli titwassal il-viżjoni tal-Monsinjur Victor Grech u sabiex ikomplu jiġu salvati aktar ħajjiet mill-vizzju tad-droga.