It-tennista Taljan, Jannik Sinner għeleb lil Felix Auger-Aliassime biex rebaħ l-ewel titlu tal-Masters ta’ Pariġi fil-karriera, u permezz ta’ din ir-rebħa telgħa fl-ewwel post tal-klassifika mondjali hekk kif qabeż lir-rivali tiegħu Carlos Alcaraz.
Sinner rebaħ bl-iskor ta’ 6-4 6-6 (7-4) u b’hekk rebaħ is-26 partita infila fil-courts ta’ ġewwa. Rekord li beda lura fil-Davis Cup tal-2023.
Ir-rebħa tal-Masters ta’ Pariġi ppremjat lil Sinner 250 punt fil-klassifika mondjali biex kiseb l-ewwel post fuq Alcaraz, bil-fażi finali tal-ATP tkun il-kompetizzjoni li jmiss u tintlagħab fid-9 ta’ Novembru.
//= $special ?>

