It-tim Malti, Luxol St.Andrews se jilagħab mal-aqwa sittax il-tim tal-futsal mill-Ewropa hekk kif ikkwalifikaw għall-fażi li jmiss tal-UEFA Futsal Champions League.
Dan it-tragward jasal minkejja li Luxol tilfu kontra r-rebbieħa ta’ Grupp 3, Benfica, bl-iskor finali ta’ 6-1.
Luxol għamluha mar-rawnd li jmiss minħabba r-regolarmenti tal-UEFA, li jgħidu li tlieta mill-erba’ timijiet li qed jikkompetu fi Grupp 3 se jgħaddu għal dan ir-rawnd.
Luxol kisbu punt mill-ewwel żewġ partiti tagħhom hekk kif tilfu 4-1 konta Riga u kisbu draw ta’ 4-4 kontra Loznica-Grad mis-Serbja.
Sabiex ikkwalifkaw għal dan l-istadju, Luxol kellhom jitilfu b’inqas minn tmien gowl differenza, hekk kif Lozniva-Grad tilfu 2-0 kontra Riga.

Ritratt: Nicholas Falzon
//= $special ?>

