Futbol Sport

Mosta jiksbu rebħa minima fuq Tarxien Rainbows

TARXIEN RAINBOWS…………0

MOSTA………………………………..1

Tarxien Rianbows: A.Cassar, W.Filipe, T.Santos (N.Ibeh 46’), O.De Barros (P.Xuereb 75’), J.Quitongo, N.Rosa, L.Zango (E.Junior 63’), K.Donsu, R.Tavares, A.Vella (L.Borg 90’), M.Grima (W.Dos Santos 75’)

Mosta: A.Udoh, A.Agius, M.Bolanos, S.Chibuike (L.Joaquim 57’), J.Dias, N.Agius (C.Eke 87’), Q.Herrera, P.Chibuzor, C.Okereke (D.Santos 75’), S.Zibo (B.Farrugia 87’), J.Vassallo

Skorjaw: Leonardo Fernandes Joaquim Da Silva 60’ (M)

Imwissija: K.Donsu 29’, W.Santos 80’ (T), S.Chibuike 18’, M.Bolanos 80’ (M)

Referee: Ishmael Barbara

Mosta kisbu t-tielet rebħa tal-istaġun u telgħu momentarjament fit-tmien post wara r-rebħa minima fuq Tarxien Rainbows.

Minn naħa l-oħra, sinjali xejn sbieħ għar-Rainbows li baqgħu mweħħlin f’qiegħ il-klassifika b’5 punti mill-ewwel ħdax il-partita.

Il-gowl tar-rebħa wasal mis-sostitut Leanardo Fernandes Joaquim Da Silva, li tlett minuti wara li daħal xeħet ġewwa l-penalty li ngħata lil Mosta.