Lokali

Tfajla fil-periklu tal-mewt wara li ħabtet f’arblu bil-karozza f’Għajnsielem

Tfajla ta’ 22 sena residenti l-Qala tinsab l-isptar tissielet għal ħajjitha wara li ħabtet f’arblu, bil-karozza tagħha tat-tip BMW 118D.

L-inċident seħħ fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem, fis-sigħat bikrin tas-Sibt filgħodu, għall-ħabta tal-erbgħa neqsin kwart.

Il-Pulizija ġiet infurmata bl-inċident u marret immedjatament fuq il-post.

Fil-vettura kien hemm ukoll tfajla ta’ 23 sena residenti Għajnsielem u ġuvni ta’ 21 sena residenti s-Sannat.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-passiġġieri l-Isptar Ġenerali t’Ġħawdex
filwaqt li x-xufiera ttieħdet aktar tard minħabba xokk. Aktar tard il-Pulizija kienet infurmata li
l-ġuvni ma ġarrabx ġrieħi u t-tfajla ta’ 23 sena kienet f’qagħda stabbli.


Madankollu, għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li l-kundizzjoni tat-tfajla inbidlet u ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.


ll-Maġistrat Brigitte Sultana ġiet infurmata bil-każ u fetħet Inkjesta Maġisterjali filwaqt
li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ għadhom għaddejjin.