Matul tmiem din il-ġimgħa, qed tittella’ t-tieni edizzjoni tal-Malta Boat Show fid-Dockyard Creek, bejn Bormla u l-Isla. Dan l-avveniment annwali jiġbor fih dak kollu li għandu x’jaqsam mas-settur marittimu. L-edizzjoni ta’ din is-sena kompliet tibni fuq is-sena l-oħra, bi tkabbir sostanzjali fid-daqs, u li issa tkopri 1.5 kilometru ta’ mollijiet, b’aktar minn 75 esebitur u 160 dgħajsa ta’ diversi daqsijiet.
Għall-ewwel darba, il-Malta Boat Show qed tilqa’ esebituri internazzjonali fosthom kumpaniji mill-Italja u Franza, li jkomplu jikkonfermaw ir-reputazzjoni ta’ Malta bħala ċentru marittimu ta’ eċċellenza fil-Mediterran, bl-akbar bandiera marittima fl-Ewropa u l-akbar fid-dinja fil-qasam tas-Superyachts.
Il-Malta Boat Show tiftaħ sal-Ħadd 2 ta’ Novembru matul il-ġurnata kollha.
//= $special ?>

