Magħrufa s-semifinalisti tad-David Cluett Memorial Cup wara li Floriana, Malta Football Players Association, Luxol u Birkirkara St Helen’s għaddew għall-ewwel kompetizzjoni tal-istaġun tal-Veterans Malta Football Association.
Floriana temmew din il-fażi fl-ewwel post minkejja d-draw ta’ 4-4 kontra Birkirkara St Helen’s fejn Manolito Micallef u Bojan Kaljevic skorjaw darbtejn kull wieħed għal Floriana filwaqt li għal Birkirkara skorja darbtejn Jean Pierre Mifsud Triganza u gowl kull wieħed minn Mark Gauci u Firas Aboulezz.
Referee kien Jonathan Balzan.
Fit-tieni post spiċċaw Malta Football Players Association li temmew fi draw ta’ 1-1 kontra Luxol St Andrews.
George Frendo skorja l-gowl tal-Malta Football Players Association filwaqt li Nenad Stankic skorja għal Luxol.
Referee kien Jonathan Balzan.
Gżira United irritornaw għar-rebħ wara rebħa ta’ 9-5 kontra Rabat Veterans. Ian Zammit kien protagonista għal Gżira fejn skorja ħames gowls b’Romeu Romao skorja żewġ gowls.
Għal Rabat Veterans skorja darbtejn Andy Mangion u gowl kull wieħed Dylan Falzon, Adam Smeir u Leandros Calleja.
Referee kien Paul Apap.
Żurrieq Wolves kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun wara li għelbu lil Hibernians 5-3.
Kevin Vella skorja tlett gowls għal Zurrieq u gowl kull wieħed minn Mario Camilleri u Giuseppe Muscat filwaqt li għal Hibs skorjaw Adrian Muscat, Malcolm Camilleri u Luke Satariano.
Referee kien Paul Apap.
//= $special ?>

