Fl-Ingilterra, aġent tal-futbol, li ismu ma kienx żvelat, kien arrestat mill-Pulizja wara li allegatament hedded plejer tal-Premier League b’pistola. Il-plejer, li anke ismu ma kienx żvelat biex legalment ikun protet, għadu żgħir fl-etá, b’rapporti jgħidu li l-plejer għandu madwar 20 sena.
Jingħad li l-plejer kien fil-mira ta’ dan l-aġent, f’inċident li seħħ f’Londra, nhar is-6 ta’ Settembru li għadda u li kien deskrit bħala wieħed tal-‘waħx’ għall-plejer li jilgħab ma’ wieħed mill-klabbs tal-Premier League fl-Ingilteerra.
L-istess rapporti qalu ukoll, li meta allegatament seħħ dan l-inċident, apparti l-plejer, kien hemm raġal ieħor li kien irrikattat u mhedded mill-istess aġent. Madankollu ħadd ma jidher li kien midrub f’dan l-inċidenti.
L-akkużat, li għandu 31 sena, kien arrestatat fit-8 ta’ Settembru li għadda fuq suspett ta’ pussess ta’ arma tan-nar, rikatt u sewqan mingħajr liċenzja.
L-aġent ingħata l-ħelsien mill-arrest waqt li l-inkjesti marbuta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

