Genoa jiksbu l-ewwel rebħa tal-istaġun permezzz ta’ gowl fit-93 minuta hekk kif għelbu lil Sassuolo 2-1. Jidher li t-tkeċċija tal-eks kowċ Patrick Vieira qed tiswa’ ta’ ġid għal Genoa.
Ruslan Malinovskyi jiskorja wra 18-il minuta, biex it-talisman tan-Neroverdi jillivela liskor fis-47 minuta.
Leo Ostigard jixħet ġewwa fit-93 minuta biex jagħti r-rebħa lil Genoa.
Lazio komplew jitilgħu fil-klassifika meta kisbu rebħa ta’ 2-0 kontra Cagliari.
Gustav Isaksen kien l-awtur tal-ewwel gowl fil-65 minuta minn assist tal-eks Arsenal Matteo Guendouzi. Zaccagni rdoppja lejn tmiem il-partita.
Genoa jiksbu l-ewwel rebħa tal-istaġun


