Futbol Sport

Gżira United jegħlbu lil Naxxar Lions minkejja li spiċċaw il-partita b’disa plejers

GŻIRA UNITED…………………2

NAXXAR LIONS………………..1

Gżira United: E.Colombo, G.Mentz, D.Abela, A.Borg, B.Borg (J.Portocarrero 46’), A.Penha Da Costa, C.Faila, D.Xuereb. J.Calderon (S.Periaza  74’), W.Felix (M.Van Bovenkamp Font 32’), F.Virgens (L.Thompson 86’)

Naxxar Lions: M.Debono, T.Kruger, N.Pace Cooks (M.Fenech 46’), A.Firmino (E.Fairas 46’), J.Dos Santos, M.Batista, C.Gauci 9G.Bonanno 46’), R.Da Silva, G.Costa Goncalves (S.Guehi 63’), V.De Jesus, J.Mouro Cardoso (K.Haber 85’)

Imwissija: D.Xuereb 66’, 79’ (G), C.Gauci 37’ T.Kruger 45’ (N)

Tkeċċew: C.Faila 26’ , D.Xuereb 79’ (G)

Skorjaw: J.Calderon 14’ , A.Penha Da Costa 38’ (G), G.Costa Goncalves 20’ (N)

Referee: Matthew De Gabriele

Fl-aħħar ġurnata tal-Opening Round League Phase, Gżira United kisbu tlett punti importanti biex kabbru d-distakk mill-aħħar żewġ postijiet fil-Bottom Six. Il-Marrons rebħu din il-partita minkejja li temmew il-partita b’disa’ plejers fil-grawnd biss, wara li soffrew żewġ karti ħomor, waħda diretta fl-ewwel taqsima, u l-oħra indiretta fit-tieni taqsima.

L-ewwel gowl tal-partita wasal ftit qabel il-kwarta logġħob hekk kif il-Maroons jiftħu l-iskor permezz ta’ Calderon li minn tarf il-kaxxa għeleb lill-goalkeeper Debono.

Sitt minuti wara, Naxxar Lions jirnexxielhom jagħmlu l-iskor indaqs hekk kif Ferreira xeħet kross fil-kaxxa lejn l-attakkant prolifiku, Costa Goncalves, b’dan tal-aħħar jikkonkludi bil-kalma fix-xibka.

Fis-26 minuta, Naxxar Lions b’ċans li jieħdu l-vantaġġ għall-ewwel darba fil-partita, meta d-difensur laterali veteran Clayton Faila wettaq foul fil-kaxxa u ntwera l-karta l-ħamra, bil-Lions jiġu ppremjati penalty. Kien Soares li nkariga ruħu mill-penalty, madankollu Colombo jirnexxielu jintervjeni l-konklużjoni tal-attakkant.

L-attakkant prolifiku, eks Melita Penha Da Costa jagħti l-vantaġġ lill-Maroons minkejja r-raġel nieqes meta xeħet ġewwa b’daqqa ta’ ras.

Fid-79 minuta, karta ħamra oħra għall-Maroons hekk kif David Xuereb intwera t-tieni karta saffra tiegħu fil-partita.