Wieħed mill-ħaddiema tal-ferrovija li salva l-ħajjiet ta’ diversi passiġġieri mir-raġel li attakkahom b’sikkina, jinsab fil-periklu tal-mewt. Dan ir-raġel li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa, qed jiġi deskritt mill-Pulizija bħala eroj.
Raġel ta’ 32 sena huwa l-unika suspetat tal-attakk li seħħ fuq ferrovija li kienet għaddejja bi vjaġġ lejn Londra u meta f’ħin għall-għarrieda, numru ta’ passiġġieri spiċċaw aggrediti u feruti minn daqqiet ta’ sikkina.
11-il persuna kienu qed jingħataw il-kura fl-isptar però, il-Ħadd filgħaxija ħamsa minhom intbagħtu lura d-dar.
//= $special ?>

