Lokali Saħħa

IL-FATTI DWAR L-ARBITRAĠĠ: Rapport illi juri kif bħala pajjiż ħriġna mad-€900 miljun lil Vitals-Steward

Sa issa, il-Gvern għadu ma ppubblikax ir-rapport internazzjonali dwar id-deal tal-isptarijiet. U allura, dak kollu li nafu huwa biss ibbażat fuq il-punti li semma’ l-Gvern stess.

  1. Jidher li b’kollox fid-deal tal-isptarijiet ħriġna mad-€900 miljun. U ħafna għadhom qed jistaqsu x’ħadna lura minn dawn il-flus. Biex illum, Robert Abela qalilna li ta’ Vitals u Steward investew €41 miljun f’infrastruttura
  2. Ir-rapport tat-tribunal industrijali għadu mistur
  3. Robert Abela qed jgħid li “mhemmx frodi”. Dan meta l-Qorti stess kienet ikkonfermat li dan kien deal frawdolenti
  4. Sa issa, ħadd ma jaf kemm kienet it-talba tal-Gvern – fi kliem sempliċi, kemm talab il-Gvern bħala kumpens għall-frodi
  5. Il-Gvern ħareġ jiġri jgħid li din kienet “rebħa”, meta fil-verità il-poplu tħalla bi sptarijiet meqrudin, u mingħajr sptar f’Għawdex