Internazzjonali

Il-kroll tat-torri f’Ruma: Mistennija investigazzjonijiet intensivi li kapaċi jdumu l-ġranet

epa12500779 Falling debris after a section of the Torre dei Conti collapsed, near the Imperial Forum in Rome, Italy, 03 November 2025. The collapse seriously injured one worker and required firefighters to rescue others from the structure, ANSA reported. A second collapse occurred during the rescue operation. The incident is under investigation. EPA/MAURIZIO BRAMBATTI

Mistenni li fil-ġranet li ġejjin jirrankaw l-investigazzjonijiet intensivi dwar x’wassal għall-kroll ta’ parti mit-Torre dei Conte fil-qalba ta’ Ruma …Inċident fejn persuna spiċċat kritikament midruba u b’persuna oħra tinsab għaddejja minn sigħat ta’ ansjetà wara li nqabdet taħt it-tifrik.

It-torri ta’ żmien il-medjuevu tinsab fil-periferija tal-famuż Forum Ruman u viċin il-Kolossew….Intant, il-Prefett ta’ Ruma, Lamberto Giannini, ikkonferma li l-investigazzjonijiet huma aktar ikkumplikati milli wieħed jaħseb u meta proprju fl-aħħar jiem kienet għaddejja ħidma ta’ konservazzjoni fuq it-torri li ilha s-snin magħluqa lill-pubbliku.

Is-Sindku ta’ Ruma, Roberto Gualtieri u l-Minsitru Taljan għall-Kultura, Alessandro Giuli, qed ikunu aġġornati kontinwament dwar l-iżviluppi — u meta għandu jinħatar panel ta’ esperti biex jippreperaw rapport iddettaljat dwr il-kroll.

Il-Forum Ruman hu attrazzjoni turistika prinċipali fil-qalba tal-kapitali Taljana u meta t-torri inkwistjoni inbniet fis-seklu dsatax mill-Papa Innoċent it-Tielet, bħala residenza għal ħuh.