“Il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista hija waħda ċara – li ħadd ma jitħalla lura.”
Hekk sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg waqt li kien qed jindirizza konferenza ftit tal-ħin wara li wassal il-viżjoni tiegħu għal Malta u Għawdex fil-Parlament permezz ta’ replika għall-budget li tressaq mill-Gvern ta’ Robert Abela it-Tnejn li għadda.
Il-kap tal-Partit Nazzjonalista , Alex Borg stqarr li l-Partit Nazzjonalista jrid pajjiż fejn il-ħaddiema jaħdmu biex jgħixu, u mhux jgħixu biex jaħdmu. B’hekk tkub qed tissaħħaħ il-kwalità tal-ħajja.
Alex Borg tenna li l-budget naqas milli jindirizza numru kbir ta’ nuqqasijiet f’pajjiżna fosthom l-għoli tal-ħajja, t-taffiku, il-popolazzjoni, l-infrastruttura fost oħrajn. Stqarr li l-Partit Nazzjonalista qed juri biċ-ċar kemm verament kapaċi jkun Gvern alternattiv b’viżjoni ċara li ħadd ma jitħalla lura.
Stqarr kiex biex ikompli jkabbar l ekonomija tiegħu il-Partit Laburista bilfors irid ikompli jkabbar il-popolazzjoni. Dan filwaqt li semma anke kif f’dan il budget ma kien hemm l-ebda pjan konkret sabiex jissaħħu l-pagi taladdiema. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tenna li l-cola ta’ €4.66 hija ta’ insult għall-ħaddiema Maltin. Alex Borg semma wkoll kif in-negozjanti u s self-employed tħallew barra.
Alex Borg stqarr kif fil-Budget li preżenta l-Gvern ma deher l-ebda forma ta pjan ta kif l isptarijiet ta’ Malta u Għawdex se jissaħħu – hawnhekk saħansitra għamel referenza għas-saħħa mentali. Il-Kap kompla jgħid kif il-Gverb ta’ Robert Abela m’għandu l-ebda pjan għal kaos fl-emerġenza ta’ Mater Dei.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg stqarr li minħabba li l-Gvern naqas milli jindirizza numru ta’ nuqqasijiet fil-budget għall-2026, il-pajjiż se jkollu jkompli jħallas il-prezzijiet soċjali u ambjentali.
Alex Borg, qal kif, aktar kmieni matul il-jum fil-Parlament semma ħamsin proposta ta’ fejn il-Partit Nazzjonalista jemmen li jrid jieħu lill-pajjiż. Il-Kap tenna kif Gvern gdid Nazzjonalista lest joħloq Child Fund li minnu jgawdu l-familji kollha; fond li se jfisser eluf ta’ ewro għal kull tifel u tifla. Temm jgħid l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista hija waħda ċara u li tħares fit-tul.
Intant, ix-Shadow Minister għall-Finanzi, Adrian Delia, tenna kif b’rabta mal-ikbar skandlu tat-tlett sptarjiet fuq il-Vitals u Steward, il-Gvern ħareġ stqarrija fejn fiha tenna l-kliem, “il-Gvern jirnexxi fid-difiża tiegħu u l-pożizzjoni ewlenija tiegħu tiġi kkonfermata mill-kamra internazzjonali tal-kummerċ.” Adrian Delia kompla jgħid kif permezz ta’ din l-istess stqarrija l-Gvern ta’ Robert Abela kompla jwaqqa’ l-ġebla fuq saqajh fuq il-gideb kollu li ilu jipperpetwa mingħajr ma jindenja ruħu jgħid effettivament din id-deċiżjoni x’kienet u minflok jagħżel li jkompli jidħak bin-nies. Adrian Delia stqarr kif fl-istqarrija l-Gvern tenna li rnexxa fid-difiża vordieri fi kliem ieħor qed jammetti li ma fetaħx l-arbitraġġ kontra Steward. Adrian Delia sostna kif il-Gvern qal ukoll kif it-talba ta’ steward li jieħdu 148 miljun ewro ma ntlaqatx u naqas milli jgħid jekk f’dak l-ammont hemmx inklużi il-mitt miljun tas-side agreement li kien sar minn Konrad Mizzi biex anke jekk jaqaw il-kuntratti, xorta jitħallsu mitt miljun ewro. Ix-Shadow Minister saħaq kif f’din l-istqarrjija il-Gvern naqas milli jgħid li tilef il-kontratalba tiegħu. Il-Prim Ministru Robert Abela kien wiegħed li se jġib lura kull sold li nsteraq iżda baqa’ ma ġab xejn. Stqarr kif minkejja li Robert Abela qed jisħaq li l-ekonomija l-aktar li sejra tajba – xorta waħda irnexxielna nonfqu aktar milli ndaħħlu. Adrian Delia temm jgħid kif fil-Budget il-Gverna nesa setturi sħaħ tal-ekonomija, żied id-dejn b’biljun ewro, nefaq aktar milli daħħal u ma nvesta xejn fl-akbar problemi li qed jaffaċċja pajjiżna.
Finalment, ix-Shadow Minister għall-Ekonomija u l-Intrapriża, Jerome Caruana Cilia stqarr li l-Budget li ħabbar il-Gvern it-Tnejn li għadda wera biċ-ċar li l-Gvern qatgħa qalbu u ma ħareġ bl-ebda soluzjonijiet għal kriżijiet li għandna f’pajjiżna preżentament.Jerome Caruana Cilia, kompla jgħid li mill-budget rajna prova ċara li min ħoloq il problemi ma jistax ikun hu li jipprovdi soluzzjonijiet. Għalkemm ir rata ta’ tkabbir tal ekonomija hija tajba, il problema hija l-mod ta’ kif qed tikber. L-isfidi tal popolazzjoni, edukazzjoni, id-drenaġġ u t-traffiku se jibqgħu hemm. Ix-Shadow Minister saħaq li l-ekonomija mhux suċċess meta għandek numru ta persubi li mhux ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja u jinsabu f’riskju tal-faqar. Stqarr li taħt il-Gvern ta’ Robert Abela, l-futur ta’ pajjiżna mhuiex ċar u li l-poplu Malti u Għawdxi ħaqqu ferm aħjar. Jerome Caruana Cilia temm jgħid kif minn mid-diskors li għamel il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, fil-Parlament, ħareġ biċ-ċar li l-Partit Nazzjonalista qed joffri sens ta’ direzzjoni nifs ġdid, kuraġġ u tama li l-kwalita tal-ħajja f’pajjiżna tista’ titjieb.
//= $special ?>

