Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, illejla se jkun qed iwassal il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista għal dan il-pajjż.
Dan filwaqt li se jkun qed jitkellem f’isem dawk li qed isofru, f’isem dawk li għandhom bżonn l-għajnuna, f’isem dawk li jridu jerġgħu jaraw tama ġdida f’dan il-pajjiż u f’isem dawk li dan il-Gvern nesiehom.
Alex Borg se jkun qed juri kif tiġi meta tiġi l-elezzjoni, il-Partit Nazzjonalista lest biex ikun gvern alternattiv.
Fl-aħħar jiem, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tenna kif filwaqt li l-Budget 2026 kien fih miżuri tajbin bħat-tnaqqis fl-income tax għall-ġenituri, dan il-budget ħalla barra persuni single, ġenituri bi tfal kbar u pensjonanti.
//= $special ?>

