Ambjent Lokali

Ilmenti kbar dwar is-sitwazzjoni diżastruża fil-picnic area ta’ Ta’ Qali

Ritratt: Martin Agius

Għadda Settembru. Għadda Otturbu. U l-ħaxix għadu ma tfaċċax.

Il-wegħda kienet li wara x-xita, kien se jibda jispunta l-ħaxix. Iżda tliet pulzieri xita ma kienux biżejjed. Tant li l-picnic area ta’ Ta’ Qali għadha biss ramel u żrar.

Kollox beda f’nofs is-sajf meta l-Gvern iddeċieda li jiksi din iz-zona mill-isbaħ f’Ta’ Qali b’tunnellati ta’ ramel. Bid-Delegat Speċjali tal-Labour Jason Micallef jinsisti li dan li intuża kien ramel apposta.

Mal-ewwel, ħafna attivisti u ambjentalisti saħqu li l-ħaxix qatt ma jista’ jikber lura kif kien.

Bir-riżultat li wieħed l-akbar spazji miftuħa f’pajjiżna tħalla f’dan l-istat.

F’Settembru, l-uffiċjal Laburista Jason Micallef – li huwa nkarigat sabiex jieħu ħsieb l-implimentazzjoni tal-manifest elettorali tal-Partit Laburista – kien ħareġ jattakka lill-preżentatriċi Trudy Kerr sempliċiment għaliex kritikat din il-mossa.

U f’post fuq il-midja soċjali, Jason Micallef ħareġ qatta’ bla ħabel kontriha. Tant li għajjar lil Kerr podcaster falluta u falza – persuna li spiċċa żmienha. Dan filwaqt li anke ddikjara li kien se ifittixha fil-Qorti kriminali.

B’Jason Micallef jgħid li dal-gvern jibża’ jaffronta lill-bullies tas-social media, imma hu ma jibżax.