Il-Gvern Iżraeljan ikkonferma li tliet katavri li twasslu f’pajjiżhom minn Gaza huma ta’ tliet suldati li kienu ilhom ix-xhur miżmuma ostaġġ mit-terroristi tal-Ħamas.
It-testijiet forensiċi wrew li l-katavri – li twasslu mill-ħaddiema tas-Salib l-Aħmar, huma tal-Kurunell, Asaf Hamami; il-Kaptan Omer Neutra u s-Surġent Oz Daniel.
Il-konferma tfisser li f’Gaza għad hemm tmien katavri ta’ Iżraeljani u ostaġġi barranin miżmuma mit-terroristi. Dan meta l-Ħamas, jiem ilu, qablu li jirritornaw il-fdalijiet tal-aħħar 28 ostaġġ skont il-kundizzjonijiet tal-ftehim għall-waqfien mill-ġlied li huma laħqu ma’ Iżrael, bil-medjazzjoni tal-Istati Uniti, l-Eġittu u l-Qatar.
Iżrael qed jakkuża lill-Ħamas b’li qed iżomm lura apposta t-trasferiment tal-katavri tal-ostaġġi Iżraeljani – bit-terroristi jsostnu li diffiċli ħafna biex dawn ikunu rkuprati minn taħt it-tifrik tal-bini. L-intoppi jfissru li għadhom iffriżati diversi issues ‘ta’ sustanza’ relatati mat-tieni fażi tal-ftehim għall-waqfien mill-ġlied.
//= $special ?>

