Lokali

Miet Albert Ganado fl-età ta’ 101 sena

Albert Ganado ħalla din id-dinja fl-età ta’ 101 sena, hu kien il-kugin ta’ Herbert Ganado.

Missieru Robert kien imħallef eminenti, u t-trobbija f’ambjent bħal dan ovvjament fissret li kien se jxaqleb lejn karriera legali. Iż-żgħożija tiegħu kienet ikkaratterizzata kemm mill-istudji legali tiegħu kif ukoll mis-snin tal-gwerra.

Madankollu, li jkun avukat ta’ klassi għolja ma kienx biżżejjed għalih. Albert Ganado kien ukoll attiv fid-dinja politika għal ftit snin.

Fis-snin imqanqlin ta’ qabel u wara l-Indipendenza ta’ Malta, Albert Ganado kien inizjalment parti mill-Partit Nazzjonalista, anke membru tal-kumitat eżekuttiv tiegħu, u kellu rwol importanti fit-twaqqif tal-fergħa żagħżugħa tiegħu, fejn serva bħala l-ewwel President tagħha.