Knisja Lokali

Quddiesa tal-Għid tal-Mejtin u l-Ġublew

Ritratt: Ian Noel Pace – L-Arċidjoċesi ta’ Malta

Fil-quddiesa fis-solennità tal-Għid tal-Mejtin u l-Ġublew ta’ dawk li tilfu lil min hu għażiż għalihom, ċelebrati il-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Annunzjata f’Ħal Balzan, l-Arċisqof Charles Scicluna assigurana li r-rieda ta’ Alla hi li ħadd ma jintilef u li kull wieħed u waħda minna jkollu post imħejji ħdejh. Madankollu, Alla jirrispetta l-libertà tagħna u nistgħu nagħżlu ngħixux miegħu jew le.

Fakkarna li bħal-lum, istintivament niftakru “fl-imħabbiet kollha ta’ ħajjitna, fil-persuni kollha li ltqajna magħhom … imma hemm eluf ta’ nies li forsi mietu weħidhom jew ma kellhom lil ħadd ħdejhom. Dawk ukoll huma parti mill-familja tagħna” u hu dover tagħna l-Insara li nitolbu għal dawn ħutna. Ħeġġeġ ukoll biex nitolbu “għall-grazzja li meta naħsbu fil-mewt tagħna ma nitwerwrux” u “nirringrazzjaw lill-Mulej li fuq mewt setgħana ħareġ rebbieħ”.