Sport

Rekord nazzjonali fil-Kampjonati Ewropej tal-Junior

Rylee Borg kellu prestazzjoni mill-aqwa fl-Albanija fil-Kampjonati Ewropej tal-Juniors, fejn ħa sehem fil-kategorija B ta’ 88 kg, bħala l-aħħar atleta fuq il-pjattaforma.

Borg fetaħ il-kompetizzjoni b’saħħtu, wara li refa’ ‘122 kilo b’suċċess fl-ewwel tentattiv, segwit minn 125 kilo fit-tieni. Fit-tielet attentat tiegħu, għal 127 kilo, tilef bi ftit iżda xorta waħda temm ir-raba’ post fis-snatch.

Fil-parti tal-Clean & jerk, Borg wera determinazzjoni u saħħa, billi beda b’153 kilo u kompla b’suċċess b’157kilo fejn il-kompetizzjoni kienet waħda intensa, b’kull kilo jagħmel differenza. Weightlifter Awstrijak temm b’158kg, filwaqt li dak tal-Latvja temm b’160 kilo.

Rylee Borg wieġeb b’mod mill-aqwa fejn refa’ 161kilo fl-aħħar tentattiv li mhux biss poġġieh fil-quċċata iżda wkoll stabbilixxa rekord nazzjonali ġdid.

B’total ta’ 286 kilo, Borg spiċċa fir-raba’ post fil-klassifika ġenerali fil-grupp B ta’ 88kg wara weightlifters mill-Awstrija, Latvija u Repubblika Ċeka.