Tressqu l-akkużi dwar ħdax-il attentat ta’ omidiċju fil-konfront tar-raġel minn Peterborough li kien involut fl-attakk sfrenat ta’ tmiem il-ġimgħa fuq il-passiġġieri li kienu qed jivvjaġġaw bil-ferrovija minn Doncaster sal-Istazzjon ta’ King’s Cross, f’Londra.
Ir-raġel, li qed jinżamm taħt arrest, hu suspettat li aggredixxa lill-passiġġiera b’sikkina waqt il-vjaġġ, bir-riżultat li għaxra sfaw feruti, uħud minnhom serjament. Akkuża oħra tirrigwarda l-feriment ta’ persuna mill-istess akkużat waqt inċident separat f’zona oħra tan-network tat-trasport pubbliku fil-kapitali.
L-akkużat, Anthony Williams, fl-aħħar sigħat, tressaq quddiem il-Maġistrati fil-Qorti ta’ Peterborough u meta s-smigħ li jmiss b’konnessjoni mal-każ għandu jinstama’ fil-Qorti ta’ Cambridge, fil-bidu tax-xahar id-dieħel.
Sadanittant, is-sorsi viċin il-Prosekuzzjoni, filwaqt li sostnew mill-ġdid li l-każ mhux qed ikun trattat bħala ‘terroriżmu’, qalu wkoll li qed jindagaw dwar l-istat mentali tal-aggressur u jekk, fil-fatt, hux fl-interess tal-pubbliku li jkomplu bil-proċeduri kriminali fil-konfront tiegħu.
//= $special ?>
