Internazzjonali

Stati Uniti: Jimminimizza l-possibbiltà ta’ gwerra mal-Veneżwela… iżda Maduro xorta jinsab ‘fil-mira ta’ Trump’

Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, qed jimminimizza l-possibbiltà li pajjiżu jiddikjara gwerra kontra l-Veneżwela. Fl-istess ħin hu qed jindika b’mod ċar li Nicolás Maduro’s jista’ ‘qed jgħodd il-ġranet’ sakemm hu jitqaċċat mill-Presidenza ta’ dan il-pajjiż Latin-Amerikan.

Donald Trump, waqt kummenti lill-programm 60 Minutes tal-Istazzjon CBS, akkuża lill-Veneżwela b’li ‘qed titratta ħażin ħafna lill-Istati Uniti’. Dan ukoll meta l-militar Amerikan, għal dawn l-aħħar xahrejn, kien qed iżid il-preżenza tal-bastimenti u ajruplani tal-gwerra fil-Baħar Karibew – l-istess bħall-kontinġenti tal-morini li jinsabu fl-inħawi fuq ‘standby’.

Il-qawwiet Amerikani, fil-fatt, qed ikomplu jwettqu l-attakki fuq l-opri tal-baħar fil-Karibew li, allegatament, qed iwasslu l-kunsinni tad-droga lejn l-Istati Uniti. Attakki li l-Gvern ta’ Trump fissirhom bħala ‘neċessarji.’

Madankollu, il-President Amerikan qed jiċħad is-suġġerimenti li dawn l-azzjonijiet huma mmirati ‘direttament u speċifikament’ kontra r-reġim ta’ Maduro (avversarju qalil ta’ Trump) aktar milli bħala strateġija kontra l-infiltrazzjoni tad-droga fl-Istati Amerikani.