Tal-inqas 20 persuna tilfu ħajjithom wara li terremot laqat in-naħa ta’ fuq tal-Afganistan, bl-uffiċjali lokali jgħidu li n-numru ta’ mejta mistenni jkompli jiżdied.
It-terremot laqat viċin Mazar-e-Sharif, waħda mill-ikbar bliet tal-Afghanistan, fejn jgħixu madwar 500,000 persuna u bl-uffiċjali jgħidu wkoll li mijiet indarbu. It-terremot seħħ għall-ħabta tas-siegħa ta’ dalgħodu u kellu qawwa ta’ 6.3 fuq l-iskala richter u fond ta’ madwar 28km.
Tmien persuni mietu u 180 indarbu fil-provinċja ta’ Samagan, filwaqt li erbgħa mietu u 120 oħra ndarbu fil-provinċja ta Balkh. Il-maġġoranza ta’ dawk li ndarbu waqgħu minn fuq bini għoli.
Filmati fuq X urew ħafna biċċiet tal-ġebel u fdalijiet oħra tal-bini jaqgħu fuq il-Blue Mosque, post reliġjuż fejn hu mifhum li hemm it-tebut tal-ewwel Shia Imam – mexxej reliġjuż li kellu għerf kbir.
//= $special ?>

