Futbol Sport

David Beckham jingħata l-ogħla unur mir-Re Karlu

L-eks captain tat-tim nazzjonali Ingliż tal-futbol irċieva l-ogħla unur mir-Re Karlu għas-serivzz li ta lill-futbol Ingliż u lis-soċjeta’ fl-Ingilterra. Beckham, li kien fuq il-lista tal-mistednin f’għeluq snin ir-Re Karlu aktar kmieni din is-sena, ingħata l-unur waqt ċerimonja li saret f’Berkshire matul il-jum tat-Tlieta.

F’kummenti li ta wara ċ-ċerimonja Bekcham qal li ma jistax ikun aktar kburi li rċieva dan l-unur. Beckham iddeskriva lilu nnifsu bħala l-aktar bniedem partrijottiku lejn pajjiżu filwaqt li wera l-affezzjoni kbira li għanud lejn il-monarkija Ingliża.

Beckham kien akkumpanjat minn martu Victoria, ommu Sandra u missieru David fiċ-ċerimonja f’Windsor Castle. Victoria, li rċeviet OBE fl-2017 għas-servizz tagħha fl-industrija tal-moda, iddisinjat il-libsa li liebes Beckham għall-okkażjoni.

Beckham lagħab 115-il darba għat-tim nazzjonali Ingliż filwaqt li kien ukoll il-captain ta-tim bejn is-sena 2000 u l-2006. L-eks midfielder ta’ Manchester United u Real Madrid lagħab ukoll fi tliet Tazzi tad-Dinja għall-Ingilterra, kif ukoll f’żewġ Kampjonati Ewropej.