Stefano Pioli m’għadux aktar kowċ ta’ Fiorentina, wara li t-tmexxija tal-klabb Taljan ħa d-deċiżjoni li jkeċċi lill-kowċ ta’ 60 sena.
Pioli rritorna fit-tmexxija ta’ Fiorentina fil-bidu ta’ dan l-istaġun, għat-tieni esperjenza tiegħu bħala kowċ tal-vjola. Madankollu b’Pioli responsabbli mill-gwida teknika tat-tim, dan l-istaġun Fiorentina kellhom wieħed mill-agħar bidu ta’ Kampjonat, fejn fl-ewwel għaxar partiti tas-Serie A, Fiorentina rebħu biss erba’ punti.
Sakemm jinħatar il-kowċ suċċessur ta’ Pioli, it-tmexxija ta’ Fiorentina qed tiġi fdata f’idejn Daniele Galloppa, li attwalment hu l-kowċ tat-tim ta’ taħt id-19-il sena.
L-aħħar logħba ta’ Pioli bħala kowċ ta’ Fiorentina kienet kontra Lecce, u li ntlagħbet nhar il-Ħadd li għadda. Fiorentina tilfu 1-0, ġurnata biss wara li d-Direttur Sportiv tal-klabb minn Firenze, Daniele Prade ħalla lil Fiorentina.
//= $special ?>

