Il-Belt Victoria f’Għawdex, ġiet magħżula biex issir il-Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2031. Se jaqsam it-titlu ma’ belt fi Spanja li għadha ma ntgħażlitx. Din hija t-tieni darba li belt Maltija se żżomm it-titlu, wara l-Belt Valletta fl-2018.
Dan tħabbar fil-Belt Valletta fejn bord indipendenti ta’ esperti maħtura mill-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet nazzjonali eżaminaw l-offerti mressqa mill-Belt Victoria u l-Vittoriosa, l-Birgu.
Dan qed jitqies ukoll ta’ suċċess kbir għal dan il-Kunsill Nazzjonalista.
Il-belt Victoria biss għamilha għall-istadju li jmiss. Il-bord faħħar il-pjanijiet tal-belt għall-kultura, il-komunità u s-sostenibbiltà.
Il-belt Victoria issa għandha sa Settembru 2026 biex tippreżenta l-proposta finali tagħha. L-ibliet rebbieħa mbagħad jiġu kkonfermati uffiċjalment. Jekk tintgħażel, Victoria se tirċievi fondi tal-UE u tal-gvern biex torganizza sena sħiħa ta’ avvenimenti kulturali li jappoġġjaw il-kreattività, it-turiżmu u l-iżvilupp soċjali.
Is-Sindku Brian Azzopardi ddeskriva r-riżultat bħala “game changer” għal Għawdex, u qal li wera li anke reġjuni żgħar huma importanti fl-Ewropa. Huwa rringrazzja lill-kunsilli lokali u reġjonali għall-appoġġ tagħhom iżda qal li għad hemm bżonn ta’ aktar xogħol u finanzjament xi jsir.
//= $special ?>

