Lokali

ILLEJLA: Edizzjoni speċjali ta’ ‘IL-PUNT’ b’analiżi tad-diskors tal-Kap tal-PN Alex Borg u l-Budget 2026

Għal din il-ġimgħa, il-programm IL-PUNT se jkun qed iwassal programm speċjali fejn diversi mistiedna se jkunu qed janalizzaw id-diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg u anke l-Budget li tħabbar mill-Gvern.

Dan il-programm li se jingħata bidu fit-8:30pm u jibqa’ għaddej sa tard bil-lejl.

Se jkun qed iwassal diskussjoni dwar il-50 proposta li ppreżenta l-Kap tal-PN Alex Borg waqt ir-replika tiegħu. Dan filwaqt li se tkun qed issir analiżi wkoll tal-budget ippreżentat u r-reazzjoni tal-Prim Ministru.

Il-PUNT, se jkun qed iwassal din id-diskussjoni diretta flimkien ma’ tmien mistednin li għandhom perspettivi diverġenti.

Segwi IL-PUNT, illejla, fuq Net Teleivison mit-8:30 ‘l quddiem.