Internazzjonali

Imut il-ħaddiem li kien qed jagħmel xogħol ta’ konservazzjoni fuq it-Torre dei Conti

Ħaddiem tilef ħajtu wara li parti minn torri medjevali ikkolassa f’Ruma.

Ostav Stroaci ta’ 66 sena, tneħħa minn taħt it-terrapien għall-ħabta tal-11 ta’ filgħaxija kważi tnax-il siegħa wara li kkollasat sezzjoni mit-Torre dei Conti viċin il-Kolossew… hekk kif il-ħaddiem inqabad taħtu.

Inizjalment l-operazzjoni ta’ salvataġġ kienet diskritta bħala waħda eċċezzjonali, mill-ufficjali li kienu għamlu sigħat twal jippruvaw isalvaw lil dawk li nqabdu taħt it-tiġrif.

It-tim ta’ salvataġġ uża drones u magni apposta biex jippruvaw jilħqu l-aħħar raġel li kien għadu maqbud. Dan b’risku li t-torri jkompli jiġġarraf.

Sfortunatament kollox qed jindika li qalbu waqfet fl-ambulanza u t-tobba għamlu minn kollox biex issalvawh – però kien kollu  għalxejn. Dan minkejja li hu kien konxju waqt l-operazzjoni ta’ salvataġġ.

Aktar tard, kien konfermat li Stroaci kien qiegħed jagħmel xi xogħol ta’ konservazzjoni,  fuq dan it-torri medjevali viċin Via dei Fiori Imperiali, meta seħħ l-inċident.