Kunsilli Lokali Lokali

L-attività suċċess fin-Nadur għall-okkażjoni tal-Halloween

Il-Kunsill Lokali tan-Nadur ħabbar li l-avveniment tal-Halloween, tal-Ġimgħa 31 ta’ Ottubru, kien suċċess kbir tant li kien hemm numru impressjonanti ta’ residenti u viżitaturi ta’ kull età. L-attività ttrasformat il-pjazza tan-Nadur f’ċelebrazzjoni mimlija kulur, kreattività u spirtu ta’ għaqda kommunitarja.

Għal din il-lejla brijjuża, attendew familji, tfal u żgħażagħ u pparteċipaw b’entużjażmu kbir fl-attivitajiet li inkludu żfin, spettakli ta’ maġija u dekorazzjonijiet, kif ukoll mużika u intratteniment matul il-lejla. Il-Kunsill apprezza l-parteċipazzjoni tal-gruppi lokali, tal-voluntieri, u anke lil tal-ħwienet tal-atmosfera li ħolqu. U li permezz tagħha ngħata valur speċjali lill-komunità preżenti u għamlu l-attività mhux biss memorabbli imma inklussiva għal kulħadd.