Lokali

L-establishment Laburista jattakka lill-Prim Imħallef

“Aqbad u żarma”.

Dan huwa l-lingwaġġ li qed tuża l-klikka estremista tal-Labour fl-aħħar sigħat biex timmina lill-Prim Imħallef Mark Chetcuti. Dan għaliex il-Partit Laburista jrid jiddevja l-attenzjoni mill-fatt xokkanti li Robert Abela ma rnexxilux iġib lura imqar ċenteżmu wieħed mill-frodi tal-Vitals u Steward.

Biex issa, il-Gvern qed juża lil nies bħal Neville Gafà biex jattakkaw lill-Qorti – partikolarment lill-Prim Imħallef.

Neville Gafà attakka lil Chetcuti meta kiteb li l-Prim Imhallef “laħaq biss mhux għax kien l-aktar kapaċi iżda għax tant kien non entity”.

Dan kollu qed ikun koordinat bil-barka ta’ Robert Abela, li m’għandu ebda saħħa jwiddeb lil Neville Gafà u lil din il-klikka estremista li tmexxi l-establishment tal-Gvern.