“Il-Prim Ministru qed jibqa’ jiddefendi lill-barrani u mhux lill-Malti. U sal-lum ma nafux kif se jġib lura l-miljuni misruqa mid-deal tal-Vitals.”
Hekk stqarr il-Kap tal-PN wara d-diskors negattiv li wassal Robert Abela fil-Parlament – diskors mimli attakki u li matulu ma spjegax kif se jġib lura l-miljuni li insterqu mid-deal frawdolenti tal-isptarijiet.
Mal-ġurnalisti preżenti barra l-Parlament, Alex Borg semma’ kif Abela baqa’ għaddej bl-istess retorika – u l-pajjiż ma sema’ xejn ġdid. Apparti minn hekk, il-Prim Ministru kien sempliċiment reattiv.
Intant, il-Kap tal-PN insista li se jibqa’ jispjega l-viżjoni pożittiva li għandu għal pajjiżna. Dan, flimkien mal-50 proposta li ġew preżentati lbieraħ minnu stess fil-Parlament. B’Alex Borg jinsisti li l-poplu tassew ħaqqu gvern li ma jħalli lil ħadd lura.
//= $special ?>

