Tal-inqas seba’ persuni li kienu tilgħin il-muntanja Yalung Ri fin-Nepal tilfu ħajjithom meta tkaxkru minn valanga.
Tnejn minnhom, li kienu il-gwidi waqt din l-avventura huma minn Nepal filwaqt li l-ħamsa l-oħra mhumiex mil-lokal. U filwaqt li l-identità tagħhom għadha mhix magħrufa, rapporti qed jgħidu li tnejn huma mill-Italja, wieħed mill-Kanada, Ġermaniż u Franċiż. U l-inċident seħħ għal ħabta tad-disa’ ta’ filgħodu fid-distrett ta’ Dolokha.
Intant, tmienja oħra, li kienu parti mill-istess grupp qedgħin jingħataw il-kura fil-kapitali Kathmandu.
//= $special ?>

