Raġel ta’ 33 sena residenti iż-Żejtun weġġa’ gravi wara li ħabat bil-mutur tiegħu tal-għamla Kymco ma’ karozza Hyundai li kienet misjuqa minn mara anzjana ta’ 74 sena residenti Ħaż-Żabbar.
L-inċident seħħ it-Tnejn, għall-ħabta tas-sebgħa neqsin kwart ta’ filgħaxija, fi Triq Sant’Antnin, Marsaskala.
Il-Pulizija marru minnufih fil-post, fejn issejjaħ ukoll tim mediku. Dan filwaqt li l-ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>
