Fl-aħħar sentejn l-attitudni tas-Sovrintendenza għall-Wirt Kulturali nbidlet, numru ta’ siti storiċi f’Malta qed jitħallew f’telqa u dawk li suppost jipproteġu l-wirt ta’ pajjiżna mhux qed jagħmlu dan – minn protetturi, spiċċaw talibani.
Sostniet dan Astrid Vella mill-għaqda Flimkien għall-Ambjent Aħjar hekk kif numru ta’ NGOs inġabru l-belt quddiem l-uffiċini tas-Sovrintendenza fejn tkellmu dwar numru ta’ nuqqasjiet li qed jaraw.
Fosthom b’rabta mal-monitoraġġ ta’ Santa Verna f’Għawdex fejn ingħad li f’dan is-sit li għandu madwar elf sena …aktar mit-Tempji tal-Ġgantija… nstabu fdalijiet umani f’zona fejn huwa ppjanat li jittella’ xi bini. B’allegazzjonijiet li s-Sovrintendenza tat il-barka tagħha biex jitkissru xi għerien storiċi.
Dan filwaqt li jidher li reġa’ hemm il-ħsieb li tinbena xi binja fil-buffer zone tat-Tempji tal-Ġgantija – zona protetta mill-UNESCO.
Intqal ukoll illi il-Belt Valletta qed titlef l-identità tagħha – bl-Iskyline tal-Kapitali jkompli jinqered.
//= $special ?>
