‘Diżastru fuq livell straordinarju… ’Il-Prim Ministru tal-Bosnia, Nermin Nikšić, fisser b’dan il-mod ir-riżultat katastrofiku ta’ nirien li ħakmu kumpless għal residenti anzjani u oħrajn bi bżonnijiet speċjali fil-belt ta’ Tuzla…
Nirien li swew il-ħajja ta’ mill-anqas ħdax, b’tal-anqas 30 isofru ħruq serju ma’ ġisimhom.
In-nirien qabdu fis-seba’ sular tal-kumpless, bis-servizzi għall-emerġenzi jkollhom biċċa xogħol diffiċli biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.
Waqt dawn l-isforzi ndarbu wkoll numru ta’ ħaddiema għall-emerġenzi, flimkien ma’ uffiċjali tal-Pulizija u ħaddiema mediċi. Il-kaġun ta’ dawn in-nirien qattiela baqa’ mhux magħruf.
//= $special ?>

