Marsaxlokk ………….. 2 (4)
Hibernians ………….. 2 (2)
Marsaxlokk: P.Sanchez, W.Soares, E.Pepe, N.Muscat, N.Portelli, J.Ghio, T.Hama, E.Attard, J.Vella, L.Aguirre, M.Barros
Hibernians: H.Sacco, H.Silas, L.Caruana, L.Villela, A.Attard, B.Kristensen, D.Xuereb, A.Zammit, C.Padilha Mendonca, H.Nunes C.Silva Dos Santos
Referee: M.De Gabriele
Assistenti Referees: D.Spencer, M.Ciantar
Fis-Centenary Stadium Marsaxlokk għamluha għal kwarti finali tal-Jubilee Cup meta minkejja li sad-90 minuta il-partita ntemmet bi skor ta’ 2-2, kienu Marsaxlokk li ħarġu rebbieħa wara l-għoti tal-penalties.
Fid-29 minuta tinkiteb l-istorja tal-futbol Malti meta ntużat għall-ewwel darba ir-review card bħala parti mis-sistema teknoloġika l-ġdid introdotta fil-futbol Malti. Mill-ħdax-il metru Lucas Villela ma żbaljax għal 1-0, favur Hibernians. Fil-35 minuta Marsaxlokk kisbu d-draw meta kien Enrico Pepe li b’konklużjoni minn barra l-kaxxa għeleb lil Sacco għal 1-1.
Fil-ħin mogħti żejjed tal-ewwel taqsima kien Fred Tsumou Hama li minn corner mil-lemin xellef wara Sacco għal 2-1. Biex fl-istess ħin mogħti żejjed kien Lucas Caruana li minn freekick dirett, il-goalkeeper Sanchez ma żammx tajjeb bil-ballun jispiċċa fix-xibka għal 2-2.
Fl-għoti tal-pentalies kienu Marsaxlokk li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-2, fejn għal Hibernians fallew Bjorn Kristensen, Pabla Alves de Lima, u skurjaw għal Hibernians Dexter Xuereb, Mailson Duarte.
Min-naħa l-oħra għal Marsaxlokk skurjaw Nevin Portelli, Leandro Aguirre, Nikolai Muscat, Ailton Soares
Birkirkara ……………. 2
Sliema Wanderers … 3
Birkirkara: M.Grech, I.Morello, M.Cordova, K.Reid, S.Dimech, K.Zammit, K.Fenech, A.Abubakar, J.Busuttil, L.Lacunza, S.Makoma
Sliema W: R.Al-Tumi, J.Borg, N.Frendo, A.Magri-Overand, V.Plut, M.Beerman, R.Prsa, M.Bah, H.Freire, S.Pisani, M.Baggio
Referee: E.Barbara
Assistenti Referees: L.Portelli, D.Castillo
Fis-Centenary Stadium rebħa komda għal Sliema Wanderers fuq Birkirkara bl-iskor ta’ 3-2 biex ukoll għamluha għall-kwarti finali. Liema rebħa immaterjalizzat fl-ewwel taqsima bil-gowls kollha jaslu fl-ewwel 45 minuta. Sliema fetħu l-iskor wara 13-il minuta permezz ta’ Mamadu Bah qabel kien l-istess plejer li rdoppja fil-35 minuta. It-tielet gowl għal Sliema wasal fl-40 minuta minn Murilo Henrique Freire Bernardo. Il-gowls ta’ Birkirkara kien skorjati minn Kaiden Fenech fid-90 mintua u warajh Kemar Reid, liema gowls ma kienu biżejjed.
Żebbug Rangers ….. 2 (7)
Attard ……………….. 2 (6)
Żebbuġ R: J.Scicluna, J.Attard, L.Camilleri, D.Agius, M.Oliveira, R.Fenech, D.Falzon, G.Coelho, C.Grech, J.Sciberras, G.Gesualdi
Attard: M.Caruana, A.Sammut, L.Martinelli, G.Saliba, P.Nwankwo, S.Degabriele, T.Ayorinde, N.Schembri, P.Galea Testaferrata, J.Micallef, J.Bonanno
Referee: R.Psaila
Assistenti Referees: W.Spiteri, R.Tabone
Fil-Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun, kienu Żebbuġ Rangers li għamluha wkoll għall-kwarti finali tal-Jubilee Cup meta għelbu lil Atttard bl-iskor ta’ 7-6 wara l-għoti tal-penalties wara li l-partita intemmet bi skor ta’ 2-2.
Kienu proprju Attard li fetħu l-iskor wara kwarta logħob meta Christian Grech tefa’ fil-lasta tiegħu stess għal 1-0. Sitt minuti Żebbuġ kisbu l-gowl tad-draw minn Darren Falzon qabel fis-70 minuta kien Coelha Hugo Dos Santos li skorja dak li kien se jkun il-gowl tar-rebħa għal Żebbuġ, hekk kif fil-91 minuta kien Precious Nwankwo li skorja il-gowl tad-draw għal Attard.
//= $special ?>

