Lokali

GVERN F’PANIKU: Ministru tal-Ġustizzja li spiċċa tħawwad fi kliemu stess

Wara li l-Gvern ħareġ ikanta vittorja dwar is-serqa tal-isptarijiet, sempliċiment għaliex ma ħadniex ċenteżmu lura mid-deal tal-Vitals, il-membri tal-Kabinett infexxew f’ferneżija fuq il-media soċjali sabiex ixerrdu propaganda bl-addoċċ.

U fl-eqqel ta’ din il-kampanja ta’ propaganda kien hemm saħansitra anke l-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard.

Fuq Facebook, il-Ministru tal-Ġustizzja spiċċa ħawwad l-International Chamber of Commerce mal-International Criminal Court (ICC) ta’ The Hague. Biex imbgħad, sigħat wara, xi ħadd ġibidlu l-attenzjoni – u kellu jbiddel il-post li għamel.

L-istess tip ta’ strateġija kienet imbuttata mill-Ministri kollha l-oħra tal-Gvern, li kollha kemm huma kienu kuntenti li l-pajjiż ma ħa xejn lura minn din is-serqa.