Id-deputat Paula Mifsud Bonnici għamlet apoloġija pubblika wara li lbieraħ qamet quddiem il-camera waqt ix-xandira li kienet qed titwassal mill-Parlament.
Dan hu l-messaġġ li kitbet id-deputat Nazzjonalista:
Ilbieraħ fil-Parlament, bħala Deputy Whip tal-Oppożizzjoni, lejn l-aħħar tas-seduta tlabt lill-Ispeaker tal-Kamra sabiex nagħmel point of order — li ma tħallejtx nagħmel. Fil-point of order kont ser nirrimarka kif il-ħin għad-dispożizzjoni tal-Prim Ministru kien inqabeż sew, u għaldaqstant kellu jtemm id-diskors tiegħu. Kif wara kollox kien il-ftehim skont il-mozzjoni 420 tal-21 ta’ Ottubru 2025.
F’dawk iċ-ċirkostanzi, u wara li inġustament ma tħallejtx nagħmel il-point of order, istintivament qomt minn fuq is-siġġu tiegħi u bqajt quddiem waħda mill-cameras li kien hemm fil-Parlament.
Nifhem li dan ma kienx l-aqwa mod kif nwassal il-messaġġ tiegħi, u b’rispett lejn l-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna niskuża ruħi.
//= $special ?>

