Lokali

“Il-Budget mhux minnu li kien iffukat fuq il-familja” – Conrad Borg Manche

“In-nies mhux bil-flus biss jgħixu. Imbilli ttih il-flus bniedem, però m’għandux moħħu mistrieħ – mela allura inutli.”

Iddikjara dan l-Eks Sindku Laburista tal-Gżira Conrad Borg Manchè meta kien preżenti għal diskussjoni waqt il-programm IL-PUNT fuq Net Television, fejn kien qed jispjega kif il-Budget – minkejja r-reklamar u l-propaganda – ma kienx wieħed iffukat fuq il-familja.

Huwa spjega li, ġaladarba dan il-budget kellu jiffoka fuq il-familja, kien jistenna investiment qawwi fiċ-child protection, u fil-Qorti tal-familja fost l-oħrajn. Fatturi li jmorru lil hinn mit-tqassim tal-flus.

Conrad Borg Mancè tkellem ukoll dwar il-“fair value” li l-Prim Ministru qal li ħadu l-Maltin bid-deal tal-Vitals u Steward. Fejn spjega li mingħajr id-deċiżjoni tal-arbitrapġġ wieħed ma jistax jara jekk kienx hemm fair value jew le, imma meta wieħed jgħaddi minn quddiem l-Isptar St Luke’s jara li ma saret ebda bidla jew investiment.

Steward kellhom ukoll jinvestu fi sptar ġdid f’Għawdex – xi ħaġa li baqgħet biss ħolma.