“Pajjiżna jixraqlu trasparenza sħiħa, uliedna ħaqqhom aħjar minn hekk.”
Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg f’messaġġ fuq il-midja soċjali wara s-silenzju assolut tal-Gvern ta’ Robert Abela quddiem l-appell biex jippubblika mill-aktar fis ir-rapport sħiħ tal-arbitraġġ dwar l-isptarijiet ta’ Vitals u Steward.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista staqsa x’għamlu bi flus il-poplu hekk kif mill-wiegħdiet ta’ sptarijiet ġodda spiċċajna nħabbtu wiċċna ma’ ħela ta’ snin u binjiet dekadenti.
Alex Borg staqsa kif jista’ jkun Robert Abela qiegħed jgħajjat li wassal rebħa għal pajjiżna meta sal-lum għadu qiegħed jaħbi l-provi u joqgħod lura milli juru b’mod ċar u tond x’difiża ressaq biex suppost ġab kull ċenteżmu lura.
Għaldaqstant huwa insista li Malta mhux ħrejjef u slogans trid tisma’ iżda verità, trasparenza u kontabbiltà.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq dan f’appell wieħed li l-Partit Nazzjonalista jrid li l-Gvern ikun trasparenti quddiem il-poplu, sabiex ikun jaf x’sar verament minn flusu hekk kif kull m’hemm jixhed quddiem dawn il-miljuni ta’ ewro huwa biss il-baħħ li ħallew warajhom ta’ Vitals u Steward.
//= $special ?>

