Il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers Josef Vella ma jemminx li l-Prim Minsitru Robert Abela se jkun qiegħed jippubblika r-rapport tal-arbitraġġ dwar l-iskandlu tal-Vitals u Steward.
Waqt intervista fil-programm NETLIVE, Vella saħaq li m’għandux tama li l-poplu Malti u Għawdxi se jkun qed jara pubblikazzjonijiet tar-rapporti u d-deċiżjoni kif saret.
Josef Vella ppreċiża jgħid li filwaqt li hu, bħal kulħadd, għadu ma rax ir-rapport fakkar li mkien ma ntqal li l-arbitru waqqa’ dak li qalu l-Qrati Maltin – ċioè li Vitals u Steward ma laħqux mal-obbligi kuntrattwali u li kien hemm kollużjoni.
Josef Vella sostna li hawn Malta l-Gvern dejjem kien qed jiddefendi mhux biss lilu nnifsu iżda lil ta’ Steward; kemm fil-kawża li fetaħ Adrian Delia, kif ukoll fil-kawża li kienu fetħu l-UĦM favur il-ħaddiema.
Vella staqsa li diffiċli jemmen li dawn il-mijiet ta’ miljuni ta’ ewro ntefqu fuq il-pagi biss. U saħaq li m’hemm xejn x’juri li dawn intefqu fuq xi sptar ġdid… kif imwiegħed.
Josef Vella fakkar li kemm il-Prim Minsitru kif ukoll l-Eks Ministru Chris Fearne kienu wiegħdu li se jmorru jiġbru lura sal-inqas ċenteżmu – imma ġew b’idejhom vojta. U agħar minn hekk, iridu jtuhom aktar flus.
Għaldaqstant huwa insista li l-poplu dovut ikun jaf fejn intefqu l-mijiet ta’ miljuni minn fondi pubbliċi.
//= $special ?>

