Lejliet partita oħra mill-UEFA Conference League indirizza l-media il-kowċ ta’ Ħamrun Spartans Giacomo Modica. Fil-kummenti tiegħu, Modica qal li fil-partita ta’ għada kontra Samsunspor, it-tim tiegħu jeħtieġ li jkun kawt u intelliġenti fil-logħob tiegħu. Waqt konferenza tal-aħbarijiet fis-Samsun 19 Mayis Stadium, Modica enfasizza fuq il-ħtieġa li l-plejers ikunu aktar deċiżivi quddiem il-lasti, wara żewġ telfiet ta’ 1-0 kontra Jagiellonia u Lausanne Sport.
Hu spjega li t-taħriġ kien iffukat fuq kemm fuq l-aspett fiżiku kif ukoll fuq l-fażi tattika, filwaqt li esprima sodisfazzjon bil-ritorn ta’ Joseph Mbong, li sejjaħlu bħala “arma importanti”. Modica żied li minkejja li għandhom rispett kbir lejn Samsunspor, Ħamrun mhux se jibżgħu u se jagħtu aktar minn 100%. Il-kowċ enfasizza wkoll li l-plejers għandhom iżommu konċentrazzjoni sħiħa u juru karattru fil-mumenti diffiċli tal-logħba.

Il-plejer Ognjen Bjelicic qal li l-iskwadra tinsab iffokata u trid tikkapitalizza fuq iċ-ċansijiet tagħha, għax f’dawn il-livelli żbalji jiswew eliminazzjoni. Bjelicic żied li r-rebħiet reċenti kontra Floriana u Birkirkara żiedu l-moral tat-tim u jittama li jkomplu juru l-istess spirtu ta’ rebħa. Il-partita se tintlagħab f’Samsun Stadium fis-6.45pm.
//= $special ?>

