Lokali Saħħa

Jason Micallef qed jistenna li l-PN jagħmel apoloġija dwar is-serqa tal-Vitals u Steward

Jason Micallef qed jistenna li l-PN jagħmel apoloġija għas-serqa tal-Vitals u Steward. Dan meta kien il-Labour li ffirma dan id-deal, li l-Qorti ittimbratu bħala frodi.

Fuq is-Super One, Jason Micallef iddikjara li għandu jkun il-PN li jiskuża ruħu għall-iskandlu tal-isptarijiet, u s-serqa ta’ miljuni kbar ta’ ewro. Hekk kif issa nafu li bħala pajjiż ħriġna xejn anqas minn €900 miljun.

Fl-istess programm, Edward Zammit Lewis stqarr li l-Budget is-sena d-dieħla għandu jkun iqsar.

L-istess Deputat Laburista qal – fi kliemu – li Robert Abela għandu track record qawwi.Dan filwaqt li infexx f’attakki fuq id-diskors pożittiv li għamel it-Tnejn il-Kap tal-PN Alex Borg.