Lokali Qorti

Jevita l-ħabs wara li temm b’suċċess programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga

Raġel ta’ 52 sena evita l-ħabs wara li l-Qorti tal-Appell Kriminali qalet li temm b’suċċess programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga. Charles Gouder kien oriġinarjament ngħata sentenza ta’ tliet snin ħabs fl-2018 wara li ġie akkużat li għamel użu minn mutur Yamaha u rota misruqin f’Novembru 2007, kif ukoll li kien saq mingħajr liċenzja jew assigurazzjoni, u li reġa’ wettaq reat waqt li kien taħt sentenza sospiża minn sentejn qabel, fl-2006.

Il-Qorti kienet attivat is-sentenzi sospiżi, u għalhekk il-ħabs totali kien ta’ erba’ snin u xahrejn. Gouder appella, u qal li jemmen li xtara l-mutur b’mod leġittimu mingħand ħabib u li ma kellux raġuni biex jissuspetta li kien misruq.

Il-Qorti rrifjutat dan l-argument, billi rrikonoxxiet li l-mutur kellu storja suspettuża, li l-bejjiegħ kien minuri, u li Gouder ġie rrappurtat jivvjaġġa bil-mutur ftit wara li ġie rrappurtat misruq. Matul l-appell, Gouder talab li jiġi trattat taħt il-liġi Drug Dependence: treatment not Imprisonment”.

Il-Qorti aċċettat it-talba u rreferitu lir-Rehabilitation Board. F’Ottubru 2025, il-Bord irrapporta li Gouder temm b’suċċess it-trattament u r-riabilitazzjoni tiegħu. Il-Qorti qalet li riforma u progress dokumentat minn Caritas u l-Bord, jikkwalifikaw biex jissostitwixxu l-ħabs effettiv.

Għalhekk, il-Qorti kkonfermat il-konvinzjoni ta’ Gouder iżda s-sentenzi ta’ ħabs ġew sostitwiti b’sentenza ta’ sentejn sospiża għal erba’ snin, bil-parir li kwalunkwe reat ġdid jattiva l-ħabs. Il-mutur u r-rota misruqa ġew rikuparti waqt l-arrest tiegħu.

Il-Qorti osservat ukoll li Gouder kellu diversi każi preċedenti, imma qalet li l-għanijiet ta’ riabilitazzjoni għandhom preċedenza minħabba l-progress li wettaq.

Il-Qorti kienet preseduta mill-Maġistrat Neville Camilleri.