Fil-Qorti Kriminali, ingħatat sentenza kontra raġel ta’ 55 sena bi storja kriminali twila li kien akkużat b’diversi reati gravi, inkluż ħruq b’periklu komuni, pussess ta’ eroina, ksur tal-Liġi dwar il-Karta tal-Identità, ksur ta’ kundizzjonijiet fuq diġriet għall-ħelsien mill-arrest, u offiża involontarja fuq Pulizija waqt ġlieda li ntemmet bi sparatura li laqtet Pulizija, ingħata probation wara suċċess fir-riabilitazzjoni tiegħu.
Filwaqt li l-Qorti sabet li Francis Cuschieri ma kienx ħati ta’ ħafna mill-imputazzjonijiet relatati ma’ intimidazzjoni huwa nstab ħati fuq ġlieda li ntemmet b’sparatura fuq Pulizija, kif ukoll ksur ta’ kundizzjonijiet ta’ diġriet għall-ħelsien mill-arrest. L-inċident involva wkoll ċilindru tal-gass u atti ta’ aggressjoni fiżika, li wrew periklu għas-sigurtà pubblika.
Is-Supretendent Keith Arnaud qal li l-inċident seħħ fil-lejl bejn it-30 u l-31 ta’ Marzu 2016, fil-fond ta’ Margaret Muscat. Fil-Qorti, Arnaud spjega b’dettalji kif l-imputat uża ċilindru tal-gass biex jibda ġlieda, li eskalat f’sparatura li laqtet lill-Pulizija Justin Spiteri.
Skont Arnaud l-imputat kien aggressiv u bil-qawwa, b’atteġġjament ta’ intimidazzjoni. Ħareġ li l-ġlieda biċ-ċilindru tal-gass kienet premeditata, li ntuża biex jikkawża paniku. Ingħad li l-isparatura li saret kienet diretta u perikoluża, u ġiet rilevata bħala reat volontarju fuq uffiċjal tas-sigurtà.
Ix-xhieda ta’ Arnaud enfasizzat kemm l-inċident kien perikoluż għal dawk kollha fil-post, inkluż il-Pulizija u residenti fil-fond. Il-Qorti identifikat din ix-xhieda bħala kritika biex tifhem l-intenzjoni aggressiva u l-periklu reali li l-imputat introduċa fis-sit, u din kienet waħda mill-elementi ewlenin li wasslu biex l-imputat instab ħati.
Minħabba li l-imputat kien reċidiv skont l-Artikoli 49 u 50 tal-Kapitolu 9, il-Qorti kkunsidrat ir-reċidiva tiegħu, iżda iddeċidiet ukoll li, minħabba li l-imputat kien qed jipprova jirriforma ħajtu u jikkontrolla d-dipendenza tiegħu fuq id-droga, huwa xieraq jingħata piena alternattiva minflok ħabs immedjat.
L-imputat tpoġġa taħt Ordni ta’ Probation għal sentejn, taħt sorveljanza tal-uffiċjal tal-Probation, biex tiġi assigurata r-riabilitazzjoni tiegħu u biex jipprevjeni reati futuri. Il-Qorti spjegat li, jekk l-imputat jonqos milli jikkonforma mal-Probation jew jagħmel reat ieħor, jista’ jingħata sentenza karcerarja fuq dawk ir-reati.
Barra minn hekk, l-imputat ġie kkundannat għal multa ta’ €698.81, konfiskazzjoni ta’ arma u senter, u priv milli jikseb liċenzja għall-armi għal ħames snin. Huwa kellu wkoll iħallas spejjeż legali totali ta’ €3,935.06 biex jikkopri xogħlijiet ta’ esperti forensiċi u teknici.
Il-każ juri kif il-Qorti, minkejja l-istorja kriminali u l-inċidenti serji li involwew Pulizija u periklu għas-sigurtà, tagħti ċans lill-imputat li jirnforma ħajtu, billi tippermetti li jmexxi ħajja ta’ riabilitazzjoni taħt sorveljanza u programmi ta’ appoġġ professjonali. Il-każ instema’ quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella. Għal Cuschieri deher l-Avukat Noel Bianco. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Lydon Zammit.
//= $special ?>

