Fi PROFILI tal-lejla se nkunu qed niltaqgħu ma’ Gianluca Bezzina, fejn miegħu se nitħaddtu fuq il-vokazzjoni tiegħu ta’ tabib, iżda mhux biss, l-irwol tiegħu bħala artist fix-xena artistika Maltija.
Il-profil huwa magħruf sew għall-karattru ferrieħi tiegħu, iżda wara kull tbissima dejjem hemm ġrajja, u fid-diskussjoni se nagħmlu mezz li nsiru nafu għadd ta’ episodji li kienu u huma parti minn ħajjet Gianluca.
“Meta s-sustanzi jibdew jintużaw biex wieħed jaħrab mill-problemi u mid-dipressjoni, hemm jinħolqu sfidi ġodda”
L-irwol mediku se jkun qed jingħata prominenza fl-ewwel parti tal-programm, fejn se nsiru nafu aktar dwar ħidmet il-profil u kif ukoll l-impatt ta’ ċertu sustanzi tad-droga fuq is-soċjetà Maltija u anki fuq l-individwi vittmi.
PROFILI, illejla fid-9.35pm fuq NET TV, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Philip Grech.
Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew fuq Spotify.



