Fil-UEFA Champions League Chelsea kienu miżmuma fi draw ta’ 2-2 barra minn darhom għand Qarabag. Kienu Chelsea li marru fil-vantaġġ fis-16-il minuta minn Estevao qabel kien Leandro Andrade li kiseb d-draw għal Qarabag fid-29 minuta. Qarabag fil-vantaġġ fid-39 minuta minn penalty mogħti u skorjta minn Marko Jankovic, biex kien Alejandro Garnacho li fit-53 minuta kiseb id-draw għal Chelsea.
Rebħa ta’ 2-0 għal Newcastle f’St James’ Park kontra Atheltic Club. Newcastle fetħu l-iskor wara 11-il minuta meta minn corner maħdum tajjeb kien Dan Burn li bir-ras xeħet wara l-goalkeeper Unai Simon għal 1-0. It-tieni gowl għat-tim Ingliż wasal fid-49 minuta minn Joelinton.
Inter kellhom jitħabu mhux ftit biex kisbu rebħa missielta ta’ 2-1 kontra Kairat Almaty f’San Siro. Kienu Inter li fetħu l-iskor ma’ tmiem l-ewwel taqsima meta minn kontrattakk kien Lautaro Martinez li minn konklużjoni mill-viċin xeħet fix-xibka għal 1-0. Kairat kisbu d-draw fil-55 minuta minn Ofri Arad, qabel kien Carlos Augusto, fis-67 minuta, li b’xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa kkonkluda fix-xibka għal 2-1.
Fil-Belġju draw ta’ 3-3 bejn Club Brugge u Barcelona. Brugge fil-vantaġġ wara ħames minuti minn Nicolo Tresoldi, b’Ferran Torres jikseb il-gowl tad-draw għal Barcelona, żewġ minuti wara. Brugge mill-ġdid fil-vantaġġ fis-17-il minuta minn Carlos Forbs. Lamine Yamal kiseb id-draw fil-61 minuta, fejn tliet minuti wara reġa’ kien Forbs li poġġa’ lil Brugge fil-vantaġġ. Barcelona finalment kisbu d-draw għat-tielet darba minn awtogowl ta’ Christos Tzolls.
Riżultati: Pafos v Villareal 1-0, Qarabag v Chelsea 2-2, Ajax v Galatasaray 0-3, Benfica v B.Leverkusen 0-1, C.Brugge v Barcelona 3-3, Inter v K.Almaty 2-1, Man City v B.Dortmund 4-1, Marseille v Atalanta 0-1, Newcastle v Athletic C. 2-0
//= $special ?>

