Lokali

“Diskors li jagħti viżjoni fejn għandu jmur il-pajjiż”

Dak ta’ nhar it-Tnejn kien diskors li fih Alex Borg spjega diversi proposti importanti. Diskors ta’ viżjoni ta’ fejn jixtieq jieħu lill-pajjiżna.

Kien dan il-mod li bih il-kandidat tal-PN Michael Piccinino iddeskriva id-diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, waqt programm fuq TVM.

Michael Piccinono spjega li dawn il-miżuri se jħallu impatt pożittiv fuq il-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini. Dan b’differenza għad-diskors negattiv tal-Prim Ministru Robert Abela fil-Parlament.

Michael Picinnino għamel referenza wkoll għall-arbitraġġ tat-tribunal internazzjonali, dwar id-deal ta’ Vitals u Steward – deċiżjoni li għadha biss f’idejn il-Gvern. U dak li jaf il-poplu huwa sempliċiment stqarrija li ħareġ hu stess.

Waqt il-programm Michael Piccinino qal li l-Gvern għandu bżonn inaqqas l-abbuż u l-ħela. U b’hekk id-dejn ma jkompliex jikber. Kien hawn fejn semma’ kif il-membri tal-Gvern fil-PAC waqqfu l-investigazzjoni dwar in-nefqa tal-Film Commission